Putin Jordna Suldati Russi Jidħlu F’Żewġ Reġjuni Ukreni “Biex Iżommu L-Paċi”
Tard ilbieraħ filgħaxija suldati Russi daħlu fir-reġjuni Ukreni ta’ Donetsk u Luhansk. Dawn iż-żewġ reġjuni fil-Lvant tal-Ukrajna huma kkontrollati mis-separatisti li ilhom jappoġġjaw lir-Russja mill-2014.
Il-President Russu Vladimir Putin qal li s-suldati daħlu f’dawn iż-żewġ reġjuni kkunsidrati bħala indipendenti biex iżommu l-paċi.
L-Istati Uniti qalet li dan ma jagħmilx sens u qalet li r-Russja qed toħloq sitwazzjonijiet għall-gwerra.
Il-President Ukren Nikolay Zelinsky qal li l-Ukrajna mhux imbeżża’ u mhu se ċċedi xejn lil ħadd.
Wara din l-aħbar il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Maqgħuda ltaqa’ matul il-lejl b’mod urġenti biex jiddiskuti s-sitwazzjoni.
L-Istati Uniti ħabbret sanzjonijiet fuq iż-żewġ reġjuni fejn ordnat li jitwaqqaf kull negozju.
Aktar sanzjonijiet mistennija jidħlu fis-seħħ iktar tard illum.
Ritratt: reuters.com