“Qed Inkomplu Ninvestu Fin-Nies U L-Kwalità Tal-Ħajja” – Il-Prim Ministru Robert Abela
“Qed inkomplu ninvestu fin-nies u l-kwalità tal-ħajja tagħhom.” Hekk qal il-Prim Ministru Robert Abela llejla waqt il-ftuħ taċ-ċentru l-ġdid għad-distribuzzjoni tal-fjuwil ta’ Ħas-Saptan.
Permezz tal-għeluq tal-impjant tal-31 ta’ Marzu 1979 u l-ftuħ taċ-ċentru l-ġdid għad-distribuzzjoni tal-fjuwil ta’ Ħas-Saptan, se jkunu qed jitnaqqsu l-emmissjonijiet tossiċi fl-arja b’20% filwaqt li tiżdied l-effiċjenza fl-operat b’60%.
“Hekk insostnu lill-industrija u hekk jixraq lill-familji tagħna, f’dan il-każ dawk ta’ Birżebbuġa li ħadna d-deċiżjonijiet l-kbar biex intuhom kwalità tal-ħajja aħjar. Dak li għamilna għadu biss il-bidu. Se nkomplu nibnu fuqu“, temm jgħid il-Prim Ministru Robert Abela.