Raġel Isofri Ġrieħi Gravi F’Inċident Tat-Traffiku Fi Triq Is-Salina Fin-Naxxar
Dalgħodu, għall-ħabta tat-tmienja u kwart, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku fi Triq is-Salina, in-Naxxar.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ inċident bejn mutur tal-għamla Hyosung misjuq minn raġel ta’ 24 sena residenti San Pawl il-Baħar u Mazda Demio misjuqa minn mara ta’ 32 sena residenti l-Fgura.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.