Raġel Iweġġa’ Gravi Wara Li Waqa’ Sular U Nofs F’Sit Ta’ Kostruzzjoni Fil-Kalkara
Tork ta’ 41 sena li joqgħod il-Gżira weġġa’ gravi wara li waqa’ minn għoli.
L-aċċident seħħ aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-11am, ġewwa sit tal-kostruzzjoni viċin Triq Santu Rokku, il-Kalkara.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li l-vittma sofra xi ġrieħi meta waqa` minn għoli ta’ madwar sular u nofs.
L-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei u aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.