Raġel Jintlaqat Minn Toyota Starlet F’Ħal Luqa
Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tas-sebgħa, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku fi Triq Ħal Qormi, Ħal-Luqa.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ 55 sena residenti Ħal Balzan, intlaqat minn Toyota Starlet li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 20 sena residenti ż-Żejtun.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.