Raġel Sofra Ġrieħi Gravi Wara Li Ntlaqat Minn Karozza F’San Ġiljan

Filippin ta’ 47 sena li jgħix Ħal Tarxien sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza.
L-aċċident tat-traffiku seħħ għal xi nofsillejl fi Triq Santu Wistin, San Ġiljan.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel sofra xi ġrieħi wara li ntlaqat minn karozza Hyundai i10, misjuqa minn mara ta’ 46 sena residenti Pembroke.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.