Raġel Ta’ 38 Sena Fost Erba’ Persuni Li Mietu Waqt Li Kienu Pożittivi Għall-Covid
Raġel ta’ 38 sena fost dawk li mietu fl-aħħar 24 siegħa u kienu pożittivi għall-Covid-19.
L-għadd ta’ persuni li nstabu pożittivi għall-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa kien ta’ 158 persuni, filwaqt li fiequ 316 persuna oħra. B’hekk, l-ammont totali ta’ persuni bil-virus attwalment huwa ta’ 2,393.
B’kollox hemm 84 persuna rikoverati fl-isptar Mater Dei li minnhom hemm 5 persuni fl-ITU.
In-numru ta’ mwiet tela’ għal 569, hekk kif sfortunatament mara ta’ 87 sena u tliet irġiel fl-età ta’ 38, 82 u 90 sena mietu waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.
Sal-bieraħ kienu ngħataw total ta’ 334,132 dożi tal-booster.