Raġel Ta’ 50 Sena Jmut Wara Li Ttajjar Fl-Imrieħel
Raġel ta’ 50 sena minn Ħal Balzan tilef ħajtu traġikament f’aċċident tat-traffiku wara li ġie mtajjar minn karozza.
L-aċċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tad-9:30am, fi Triq l-Imdina, l-Imrieħel.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li l-vittma safa’ milqut minn Toyota Vitz, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 34 sena mill-Belt Valletta.
Tim mediku mar fuq il-post ta’ l-inċident iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Marsenne Farrugia li ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.