Ramew Sufan Sħiħ Fuq Il-Bankina – Tgħid Wara L-Lejl Ta’ San Valentinu?
Jekk ma tarax anqas temmen. Nixtiequ li dawn ir-ritratti jsiru storja u nitkellmu fuqhom biex naraw kif kienet il-mentalità tagħna fil-passat. Imma donnu ma nistgħux neħilsu minnha.
Hawn uħud li għad għandhom din it-tip ta’ mentalità! Dan ġara f’waħda mit-toroq ta’ Buġibba.
B’telefonata l-bogħod, il-Kunsill Lokali seta’ jaqdiehom permezz tas-servizz tal-‘bulky refuse’.
Tista tirraporta billi tuża l-App CLEAN and UPKEEP https://cleanandupkeep.gov.mt..fejn il-Customer Care Unit jinfurmaw lil min hu kkonċernat.
Ħobb lil pajjiżek u lilek innifsek. Il-ħmieġ qatt ma għamel ġid!