“Robert Abela Kellu Raġun…” – Prof. Montefort Jirrakkonta Meta Kienu Talbu Lockdown Totali
“Jekk Robert ħareġ ta’ king f’baħar imqalleb, x’se jagħmel meta ma jkollnix dawn l-ostakli?”
Dan kien il-kliem u l-messaġġ li wassal il-Professur Stephen Montefort waqt il-rally li sar ilbieraħ mill-Partit Laburista f’Ħal Qormi. Huwa tkellem favur it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela waqt iż-żminijiet diffiċli tal-pandemija.
“Jekk wieħed jgħid li Robert Abela għandu kollox vera beżluh għax kif laħaq Prim Ministru nqala’ minn kollox. Trid tkun beżżul li lanqas xahrejn wara faqqgħet pandemija li d-dinja moderna qatt ma rat bħalha. Imma anke hawn Robert ħareġ ta’ mexxej u statista sod,” tenna Prof. Montefort f’Ħal Qormi.
Huwa rrakkonta meta wara l-ewwel ġimgħa li kien instab l-ewwel każ ta’ Covid-19 f’Malta, il-kollegi tiegħu qalulu biex jkellem lill-Prim Ministru Robert Abela biex isir lockdown totali fil-pajjiż, għal diversi ġimgħat.
“Għadhom jidwu f’widnejja kif laqani Robert, u żamm sod kontra l-affarijiet li għadna aħna…U ż-żmien tah ir-raġun,” qal il-Professur Stephen Montefort.