Sejħa Għall-Assistenti Kummissjonarji Elettorali, Uffiċjali Tal-Post Tal-Votazzjoni U Persuni Għall-Għadd Tal-Voti

 Sejħa Għall-Assistenti Kummissjonarji Elettorali, Uffiċjali Tal-Post Tal-Votazzjoni U Persuni Għall-Għadd Tal-Voti

Hekk kif issa l-ġurnata tal-elezzjoni hija magħrufa l-Kummissjoni Elettorali qed tavża li se tilqa’ applikazzjonijiet mingħand persuni eliġibbli sabiex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali, Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni u persuni għall-Għadd tal-Voti fl-Elezzjonijiet Ġenerali, li se ssir nhar is-Sibt, 26 ta’ Marzu, 2022. Il-Kummissjoni Elettorali qalet li min japplika jrid ikun lest li jattendi sessjonijiet ta’ struzzjonijiet mill-Kummissjoni Elettorali.

L-applikazzjonijiet se jkunu qed jintlaqgħu online fuq electoral.gov.mt/applications minn għada t-Tlieta 22 ta’ Frar mit-3:00pm sas-Sibt 26 ta’ Frar sat-8:00pm.

Dawk interessati jistgħu japplikaw ukoll billi jmorru personalment fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti (Ex-Trade Fair Grounds) fin-Naxxar jew fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, minn għada t-Tlieta 22 ta’ Frar sal-Ġimgħa 25 ta’ Frar, bejn it-3:00pm u t-8:00pm u nhar is-Sibt 26 ta’ Frar bejn it-8:00am u t-8:00pm. L-applikanti għandhom imorru personalment fil-Kumpless u jġibu magħhom il-Karta tal-Identità.

Ritratt: Maltatoday

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com