Sentenza Sospiża U Multa Ta’ €800 Wara Li Kkawżat Ġrieħi Ħfief Fuq Erba’ Pulizija Waqt Li Kienet Fis-Sakra

 Sentenza Sospiża U Multa Ta’ €800 Wara Li Kkawżat Ġrieħi Ħfief Fuq Erba’ Pulizija Waqt Li Kienet Fis-Sakra

Irlandiża ta’ 35 sena ġiet ikkundannata sena ħabs sospiża għal sentejn flimkien ma’ multa ta’ €800.

Emma Casey tressqet il-Qorti llum mill-Ispetturi Gabriel Micallef u Daryl Borg, akkużata li kkawżat ġrieħi ħfief fuq erba’ uffiċjali tal-Pulizija.

L-inċident ġara aktar kmieni dalgħodu meta żewġt uffiċjali li kienu fuq ronda fil-Belt Valletta għamlu spezzjoni ġewwa bar. Il-Pulizija talbu biex jitkellmu mal-persuna responsabbli tal-ħanut biex jagħlaq il-bibien wara li l-bar baqa’ miftuħ wara l-ħin.

F’dan il-ħin mara li kienet fi stat ta’ sakra, avviċinat lill-Pulizija u wara li bdiet tinsultathom, ħebbet għalihom. Intqal li kienet ilha tixrob f’dan il-bar mit-3pm.

Minħabba li baqgħet aggressiva kellha tiġi arrestata, ntalbet l-assistenza u titieħed l-għassa minn żewġt uffiċjali oħra, li sfaw attakkati ukoll.

Hi ammettiet l-akkużi u ġiet ikkundannata sena ħabs sospiża għal sentejn flimkien ma’ multa ta’ €800.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com