Sewwieq Ta’ Mutur Isofri Ġrieħi Gravi F’Ħabta Ma’ Karozza Fir-Rabat

 Sewwieq Ta’ Mutur Isofri Ġrieħi Gravi F’Ħabta Ma’ Karozza Fir-Rabat

Sewwieq ta’ mutur ta’ 48 sena minn San Pawl il-Baħar sofra ġrieħi gravi f’ħabta ma’ karozza.

L-aċċident seħħ ilbieraħ filgħodu, għall-ħabta tal-10:45am, fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, ir-Rabat.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ inċident bejn mutur tal-għamla Peugeot Kisbee misjuq mill-vittma u Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 53 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com