Sewwieq Ta’ Mutur Jindarab Gravi Wara Ħabta Ma’ Van F’Għawdex

 Sewwieq Ta’ Mutur Jindarab Gravi Wara Ħabta Ma’ Van F’Għawdex

Pollakk ta’ 29 sena li jgħix ix-Xewkija sofra ġrieħi gravi wara li ħabat bil-mutur.

L-aċċident seħħ illum, għal xi s-sebgħa ta’ filgħodu, fi Triq Franġisk Portelli, l-Għarb, Għawdex.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Dyna, misjuq minn raġel ta’ 64 sena residenti l-Għarb, u mutur Yamaha, misjuq mill-vittma.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com