Sewwieq Ta’ Mutur Jitlef Ħajtu F’Aċċident Tat-Traffiku Fil-Gudja

 Sewwieq Ta’ Mutur Jitlef Ħajtu F’Aċċident Tat-Traffiku Fil-Gudja

Raġel ta’ 42 sena mill-Gudja tilef ħajtu traġikament f’aċċident tat-traffiku.

L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu, fi Triq Ħal Tarxien, il-Gudja.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ inċident bejn van Ford Transit misjuq minn raġel ta’ 62 sena residenti l-Qrendi u mutur Kawasaki Z300 li kien qed jinstaq mill-vittma.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com