Sewwieq Ta’ Mutur Sofra Ġrieħi Gravi Wara Tilef Il-Kontroll

Taljan ta’ 27 sena li jgħix l-Munxar, Għawdex sofra ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’.
L-aċċident seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart, fi Triq l-Imgħallem, ir-Rabat, Għawdex.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.