Siegħat Qabel Il-Finali Tal-MESC Aidan Mistieden Fi Spanja Biex Ikanta ‘Ritmu’ F’Eurovison Party

 Siegħat Qabel Il-Finali Tal-MESC Aidan Mistieden Fi Spanja Biex Ikanta ‘Ritmu’ F’Eurovison Party

Wara li lbieraħ tħabbru l-finalisti tal-Malta Eurovision Song Contest bosta siti madwar l-Ewropa fosthom Wiwibloggs, Eurovisionworld u Escxtra tkellmu dwar dan, kif ukoll esprimew il-ħsibijiet tagħhom, bil-kantanti Aidan, Emma Muscat u Nicole Azzopardi fost il-favoriti.

Jidher li l-kanzunetta ta’ Aidan, ‘Ritmu’ mhux biss qed tmur tajjeb f’Malta iżda wkoll fi Spanja fejn il-ħoss mużikali tagħha tipiku Spanjol qed iħalli mpatt fuq is-segwaċi ta’ dan il-festival.

Filmati fuq il-mezzi soċjali juru li din id-diska fil-fatt apparti l-verżjoni bil-Malti ġiet irrekordjata verżjoni oħra bl-Ispanjol li diġà qed tindaqq fi Spanja u sejra tajjeb ħafna.

Sorsi tagħna li huma midħla ta’ dan l-ikbar Festival fl-Ewropa qalulna li ftit tas-siegħat ilu Aidan ġie mistieden fi Spanja sabiex ikanta din il-kanzunetta fil-preparty tal-Eurovision li jsir ta’ kull sena lejn l-aħħar ta’ Marzu.

L-organizzaturi qalu li jkun xi jkun irriżultat tal-lejla ‘Ritmu’ se tkun inkluża f’dan l-avveniment.

Naturalment l-istennija issa hija għal-lejla sabiex naraw is-17-il kanzunetta finalista u finalment naraw min ħa jkun il-kantant/a li se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fis-66 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest fil-belt Taljana ta’ Turin.

Il-finali tal-Malta Eurovision Song Contest tixxandar illejla b’mod dirett fuq TVM fid-9pm.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com