Sofra Ġrieħi Gravi Wara Li Ħabat F’Żewġ Gafef

 Sofra Ġrieħi Gravi Wara Li Ħabat F’Żewġ Gafef

Raġel ta’ 32 sena weġġa’ gravi wara li ħabat f’żewġ gafef.

L-aċċident seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-3:45am, fi Triq Għajn Dwieli, Raħal il-Ġdid.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ 32 sena minn Ħaż-Żabbar kien ħabat bil-vettura Audi A3 f’xi barrikati tal-plastic u żewġ gafef li kienu qed jintużaw għal xogħolijiet fl-istess triq.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Huwa ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com