Soru Franċiża Tagħlaq 118-il Sena – It-Tieni L-Ixjeħ Persuna Fid-Dinja
Is-Soru Kattolika Andre Randon, iċċelebrat għeluq il-118-il sena tagħha fil-11 ta’ Frar li għadda. Dan għamilha t-tieni l-ixjeħ persuna fid-dinja u l-iktar li ilha ħajja fl-Ewropa.
Dan kien magħruf minn studja li jsir minn ċensimenti li jagħtu dettalji ta’ persuni li għexu mal-110 jew iktar.
Il-President Franċiż Emmanuel Macron bagħat l-awguri tiegħu lis-soru.
Is-soru kienet Protestanta u kkonvertiet għall-Kattoliċiżmu ta’ 19-il sena. Saret soru ta’ 40 sena wara li ħadmet mal-fqar u t-tfal orfni. Ħadet l-isem ta’ Andre għal ħuha li kien miet.
Fl-2021 ittestjat pożittiva għall-Covid-19 iżda ma wriet l-ebda sintomi.
Awguri lis-Soru.