Stennija Biex Iż-Żjara Tal-Papa Franġisku F’Malta Titħabbar Dalgħodu Fil-Festa Ta’ San Pawl
Kollox jindika li t-tħabbira taż-żjara tal-Papa f’pajjiżna b’mod uffiċjali se tkun qed titħabbar dalgħodu, fil-festa ta’ San Pawl.
Jidher li fi tmiem il-pontifikal tal-festa ta’ San Pawl li għalih mistennija jattendu diversi nies distinti, se jkun qed jinqara messaġġ mill-Vatikan.
Il-Pontifikal se jkun qed jitmexxa mill-Arċisqof Charles Scicluna flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata Ta’ San Pawl Nawfragu, tal-Belt Valletta.
Sentejn ilu l-President ta’ Malta George Vella kien ħabbar li l-Papa Franġisku kien se jagħmel żjara f’Malta. Żjara li sentejn wara għada ma seħħitx kawża tal-pandemija. S’issa d-dati jidhru li huma t-2 u t-3 ta’ April, għalkemm dawn għadhom ma’ ġewx ikkonfermata b’mod uffiċjali.