Taljan Li Jinsab Mixli Bi Traffikar U Pussess Aggravat Ta’ Droga Jinħeles Mill-Arrest

 Taljan Li Jinsab Mixli Bi Traffikar U Pussess Aggravat Ta’ Droga Jinħeles Mill-Arrest

Il-Qorti tat il-ħelsien mill-arrest lil Gennaro Russo, Naplitan ta’ 29 sena li jgħix f’Malta u li jinsab mixli bi traffikar u pussess aggravat ta’ droga li tammonta għal valur ta’ €450,000.

Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras aċċettat din it-tielet talba u tagħtu l-ħelsien mill-arrest taħt depożitu ta’ €20,000 u garanzija personali ta’ €30,000.

Russo kien tressaq il-Qorti fis-17 ta’ Diċembru li għadda wara li kien arrestat mill-Pulizija fin-Naxxar.

Fi tfittxija li saret f’residenza u f’garaxx f’San Pawl il-Baħar u aktar tard f’garaxx fl-Imsida, il-Pulizija sabulu basktijiet kbar mimlija bil-kannabis u blokka kbira kokaina. F’gwardarobba nstabu ukoll €250,000 fi flus kontanti.

L-Avukati differsuri li qed jidhru għal Gennaro Russo huma Matthew Xuereb, Alex Scerri Herrera, Franco Debono, Marion Camilleri u Roberto Spiteri.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com