Temp Bnazzi Però R-Riħ Jibqa’ Pjuttost Qawwi…

It-temp illum ġeneralment bnazzi b’waqtiet twal xemxin iżda pjuttost mirjieħ.
Ir-riħ qawwi (F6) mill-Majjistral (NW) li jibda jnaqqas (F5-4) minn filgħaxija.
Il-baħar qawwi ħafna li jsir qawwi, speċjalment fejn jaqbel.
L-ogħla temperatura llum: 14°C; l-inqas illejla: 9°C.
Tinħass: 13°C | 6°C.
Indiċi UV: 2.
Ritratt mill-isbaħ miġbud riċentament fil-limiti tal-Mellieħa, grazzi għal Debbie Borg