Tfajla Sofriet Ġrieħi Gravi Wara Li Nqalbet Bi Quad Bike F’Għawdex

Żewġ żgħażagħ Ingliżi sofrew ġrieħi wara li nqalbu bi quad bike.
L-aċċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tal-11:15am, fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem, Għawdex.
Il-Pulizija marru fuq il-post u minn stħarriġ preliminari irriżulta li Ingliż ta’ 28 sena tilef il-kontroll tal-quad bike Kymco u nqaleb. Fuq il-quad bike kien hemm ukoll Ingliża ta’ 25 sena.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa. Aktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi filwaqt li r-raġel sofra ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.