Tfittxija Għal Żewġt Irġiel Li Wettqu Serqa Minn Ħanut F’San Pawl Il-Baħar
Il-Pulizija qed tfittex żewġt irġiel li allegatament wettqu serqa minn ħanut matul dal-lejl.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart ta’ filgħodu, f’ħanut fi Triq Efesu, San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li żewġt irġiel lebsin maskra u wieħed armat b’sikkina, daħlu fil-ħanut u talbu l-flus lill-kaxxier, Ingliż ta’ 55 sena.
L-irġiel ħarbu minn fuq il-post wara li serqu ammont ta’ flus kontanti.
Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħallelin.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.