Thane Micallef Jirbaħ Il-Kowċ Tax-Xahar Ta’ Jannar

 Thane Micallef Jirbaħ Il-Kowċ Tax-Xahar Ta’ Jannar

Il-kowċ ta’ Gudja United Thane Micallef ippreżentat bl-unur ta’ Motors Inc. Kowċ tax-Xahar għal Jannar.

F’Jannar, Gudja United lagħbu u rebħu tliet partiti, 3-0 fuq Santa Lucia, 1-0 fuq Sliema Wanderers u suċċess ta’ 3-1 fuq Valletta.

Rebħiet u disa’ punti li għenu lil Gudja United jelevaw l-irwol tagħhom minn tim jiġġieled kontra r-relegazzjoni għal pożizzjoni trankwilla f’nofs il-klassifika.

Kowċ Micallef irnexxielu jakkwista l-akbar ammont ta’ punti fil-votazzjoni li tittieħed mill-captains tat-timijiet tal-Premier League, mit-tim managers, staff tekniku u l-media.

Il-Viċi President tal-MFA Adrian Casha flimkien ma’ Wilfred Camilleri Marketing Manager ta’ Motors Inc. ippreżentaw it-trofew Kowċ tax-Xahar għal Jannar 2022 lil Thane Micallef li għażel lill-Fondazzjoni Puttinu Cares biex tibbenefika mill-għotja marbuta ma’ dan l-unur.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com