Theddida Ta’ Bomba F’Uffiċini F’Smart City

 Theddida Ta’ Bomba F’Uffiċini F’Smart City

Evakwati bosta nies minn diversi uffiċini wara theddida ta’ bomba fi Smart City.

Fuq il-post hemm diversi pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili flimkien mas-suldati mill-Explosives & Ordinances Unit li ħadu s-sitwazzjoni f’idejhom.

Huwa rapportat li din it-theddida saret għall-ħabta tal-10:20am.

TVM irraportaw ukoll li t-theddida saret fl-uffiċini tal-Malta Gaming Authority.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com