Von Der Leyen Isejjaħ L-Attakk Fuq L-Ukrajna Bħala “Barbaru” – Fil-Ħin Li Ġej L-UE B’Sanzjonijiet Kontra R-Russja

 Von Der Leyen Isejjaħ L-Attakk Fuq L-Ukrajna Bħala “Barbaru” – Fil-Ħin Li Ġej L-UE B’Sanzjonijiet Kontra R-Russja

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen f’konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu qalet li l-UE se tkun qed tħabbar sanzjonijiet fil-konfront tar-Russja.

Dan wara l-attakki li saru dalgħodu mir-Russja fuq l-Ukrajna wara li Putin iddikjara operazzjoni militari estensiva biex jinvadi l-Ukrajna.

L-UE qalet li se tkun wara l-poplu Ukren.

Aktar tard illum il-Kummissjoni Ewropeja se tkun qed tlaqqa’ l-mexxeja kollha sabiex ikunu approvati sanzjonijiet kontra r-Russja, fosthom sanzjonijiet li jolqtu l-ekonomija Russa.

Il-Prim Ministru Malti Robert Abela se jkun qed jattendi għal din il-laqgħa importanti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com