140 Diplomatiċi Inkluż Dak Malti Joħorġu L’Barra Meta Tkellem Il-Ministru Tal-Affarijiet Barranin Russu
Ir-rappreżentant permanenti Malti tal-UN Chris Grima ngħaqad ma’ iktar minn 140 diplomatiċi li ħarġu ‘l barra waqt kunsill tad-drittijiet umani fi ħdan il-United Nations meta għamel l-indirizz tiegħu l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu.
Il-President tal-UN Elisabeth Tichy-Fisslberger fi tweet qalet li d-diplomatiċi rrifjutaw li jisimgħu lil Sergey Lavrov’s fejn prova jiġġustifika l-aggressjoni militari kontra l-Ukrajna.
This morning in the UN Human Rights Council more than 140 diplomats refused to listen to Russian Foreign Minister Lavrov’s futile attempt to justify unacceptable military aggression. Watch them leave the Council Chamber. pic.twitter.com/Syox5sTvaD
— Elisabeth Tichy-Fisslberger (@tichy_e) March 1, 2022