Abramovich Qal Li Qed Jippjana Li Jbiegħ Ic-Chelsea

Is-sid tac-Chelsea, Roman Abramovich qal li qed jippjana li jbiegħ il-klabb. Ilu sid tiegħu mill-2003. Fi stqarrija, huwa qal li din hija deċiżjoni diffiċli għalih.
Ir-Russu qal li mhux se jitlob li jitħallas ta’ loans li hemm u qal ukoll li d-dħul mill-bejgħ se jmorru f’donazzjoni lill-vittmi tal-gwerra.
B’kollox, ingħad li Abramovich ta loan lill-klabb is-somma ta’ madwar £1.5 biljun. Issemma wkoll li l-biljunarju Hansjorg Wyss ġie offrut li jixtri lic-Chelsea hu imma ma hemm xejn ikkonfermat.
Abramovich li għandu l-età ta’ 55 sena, huwa allegat li għandu relazzjoni qawwija mal-President Russu Vladimir Putin, liema allegazzjonijiet huwa ċaħad.
Intqal ukoll li sa issa, kien hemm offerti sa anke £3 biljun għax-xiri tac-Chelsea.