Aġenzija Żgħażagħ U Pjazza Teatru Rjal B’Sejħa Għal Żgħażagħ Li Jixtiequ Jaqbdu Karriera Fil-Qasam Tal-Kompożizzjoni

 Aġenzija Żgħażagħ U Pjazza Teatru Rjal B’Sejħa Għal Żgħażagħ Li Jixtiequ Jaqbdu Karriera Fil-Qasam Tal-Kompożizzjoni

Aġenzija Żgħażagħ u Pjazza Teatru Rjal ħabbru t-tnedija ta’ ‘Young Composers Mentoring Programme’.

L-għan ta’ dan il-programm huwa li tingħata gwida professjonali minn esperti fil-qasam tal-kompożizzjoni mużikali lil numru ta’ parteċipanti.

Il-programm jikkonsisti f’numru ta’ workshops ta’ tliet siegħat kull wieħed li jittellgħu bejn April u Ottubru 2022 fejn jiġu diskussi numru ta’ suġġetti li l-għan tagħhom huwa li jagħtu bażi soda u għodda bażika għal dawk il-parteċipanti li jixtiequ jaqbdu karriera fil-qasam tal-kompożizzjoni.

Applikanti bejn is-16 u t-30 sena jistgħu japplikaw għal waħda minn dawn il-friegħi:

  1. Jazz u Musicals (immexxija minn Maestro Paul Abela)
  2. Pop u Rock (immexxija minn Maestro Joe Brown)
  3. Mużika Klassika (immexxija minn Maestro Christopher Muscat)

L-informazzjoni kollha tista’ tinkiseb minn fuq is-siti pjazzateatrurjal.mt jew youth.gov.mt/young-composers.

L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sa l-4 t’April 2022.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com