AIDAN Iniedi L-Vidjow Mużikali Ta’ ‘Ritmu’

 AIDAN Iniedi L-Vidjow Mużikali Ta’ ‘Ritmu’

Il-kantant AIDAN nieda l-vidjow mużikali għall-aħħar kanzunetta tiegħu ‘Ritmu’, li biha kklassifika fit-tieni post fil-Malta Eurovision ta’ dis-sena.

‘Ritmu’ hija miktuba minn AIDAN u kompożitur mill-Maċedonja Boban Apostolov. AIDAN ħabbar li ser ikun qiegħed jagħmel tour, fejn ser ikanta f’Stokkolma fil-11 ta’ Marzu, f’Londra fit-3 t’April u f’Madrid fil-15 t’April. Hu ser ikun qed ikanta fost l-aqwa artisti mill-Ewropa, li bosta ser ikunu qed jieħdu sehem fil-Eurovision ta’ dis-sena.

‘Ritmu’ bħalissa tinsab fl-ewwel post fil-klassifika tar-radjijiet f’Malta u hija l-unika kanzunetta mill-Malta Eurovision li laħqet bosta ‘charts’ u rċeviet ħafna sapport mill-udjenza lokali u internazzjonali.

Il-vidjow mużikali sar bi produzzjoni ta’ Joseph Cauchi, direzzjoni ta’ Gary Bugeja, b’filmati minn Victor Abela u stilista Malcolm Gauci. Il-koreografija tal-vidjow ġiet maħduma minn Cheryl Lofreda, minn Concept of Movement.

Ara l-filmat:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com