AIDAN Mistieden Ikanta Fl-Akbar Avveniment Tal-Eurovision Fl-Ingilterra

 AIDAN Mistieden Ikanta Fl-Akbar Avveniment Tal-Eurovision Fl-Ingilterra

L-artist Malti AIDAN ser ikanta fl-akbar avveniment tal-Eurovision fl-Ingilterra. Il-‘London Eurovision Party’ li ser isir fil-5 t’April.

AIDAN ikklassifika fit-tieni post fil-Malta Eurovision 2022 bil-kanzunetta bil-Malti li qed tagħmel suċċess ‘Ritmu’, fejn ser ikantaha waqt l-avveniment. AIDAN ser iwassal il-lingwa Maltija f’Londra fejn ser ikanta ukoll il-kanzunetta Naħseb Fik li rebħet ‘Best Song of The Year 2021’ u ‘Best Music Video 2021’.

“Inħossni onorat li ġejt mistieden fl-akbar avveniment tal-Eurovison f’Londra,” tenna AIDAN, filwaqt li qal li wara l-parteċipazzjoni tiegħu fil-MESC irċieva mijiet ta’ kummenti mill-Ingilterra iżda anke minn Spanja, il-Polonja, il-Ġermanja u ovvjament, mill-Maltin.

London Eurovision Party huwa l-iżjed avveniment tal-Eurovision li ilu jsir u sar l-ewwel darba fl-2007.

Sa’ issa l-artisti kkonfermati għal dis-sena huma l-artisti tal-Eurovision mill-Polonja, Bulgarija, L-Irlanda u R-Repubblika Ċeka. Dan l-avveniment huwa ko-organizzat mill-akbar midja tal-Eurovision, Wiwibloggs.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com