Aktar Minn 14,000 Dokument Tal-Vot Baqgħu Mhux Miġbura
Sal-bieraħ f’nofsillejl, il-ħin li fih għalaq iċ-ċans li wieħed seta’ jiġbor il-vot tiegħu kien fadal 14,473 dokument tal-vot mhux miġbur.
Dan huwa numru ferm għola minn elezzjonijiet ġenerali ta’ snin oħra. Il-voti mhux miġbura fl-2017 kienu 8,372.
L-akbar numru ta’ voti li ma nġabrux kienu fit-12-il distrett b’2,529 vot.