Analiżi: Jista’ L-Kunflitt Fl-Ukrajna Jinfirexx Fl-Ewropa?
Il-Pajjiżi membri tan-Nato li jmiss mal-Ukrajna jinsabu f’mument ta’ tħassib qawwi. Il-Litwanja ddikkjarat stat ta’ emerġenza. L-Isvezja u l-Finlandja, għalkemm l-ebda minnhom m’huma membri tan-Nato, ingħaqdu mal-alleanza t’emerġenza l-ġimgħa li għaddiet u rajna kif l-Istati Uniti wkoll żiedet it-truppi tagħha f’diversi pajjiżi fosthom fil-Polonja.
Il-Polakki qed jgħidu li qed iħossuhom anzjużi dwar is-sigurtà ta’ pajjiżhom. Madanakollu, għadhom iffukati biex jgħinu lill-ġirien tagħhom Ukreni kemm jista’ jkun.
Kemm huma lesti li jibqgħu jistennew il-pajjiżi membri tan-Nato qabel jidħlu fix-xena?
Il-pajjiżi fin-Nato u l-alleati tagħhom qed isegwu bir-reqqa kull pass min-naħa tar-Russja. Wissew li se jagħmlu minn kollox biex jiddefendu kull ċentimetru tat-territorju tagħhom.
Bagħatu anke amunizjoni u armi lill-Ukreni madanakollu, qalu li mhux se jidħlu fix-xena minħabba li l-Ukrajna mhix membru tan-Nato. Dan jista’ jinbidel jekk kemm -il darba r-Russja timxi iżjed lil hinn mill-Ukrajna ġo pajjiż membru tan-Nato.
Fil-fatt, artiklu 5 mill-Kostituzzjoni tan-Nato tgħid li ‘kull attakk kontra xi alleat tagħha, ifisser attakk kontra l-alleati kollha.”
Jekk dan iseħħ, id-dinja tidħol f’fażi oħra u jista’ jkun hemm kunflitt bejn in-Nato u r-Russi.
X’possibbilità hemm li Putin jibbumbarjda lill-Ingilterra?