Anzjan Iweġġa’ Serjament Wara Li Waqa’ F’Residenza F’Raħal Il-Ġdid

 Anzjan Iweġġa’ Serjament Wara Li Waqa’ F’Residenza F’Raħal Il-Ġdid

Anzjan ta’ 73 sena mill-Fgura sofra ġrieħi serji wara li waqa’ waħdu waqt li kien miexi.

L-aċċident seħħ aktar kmieni llum, għall-ħabta tat-8am, ġewwa residenza fi Triq Bormla, Raħal il-Ġdid.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu lill-vittma. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Dr Doreen Clarke.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com