Anzjan Sofra Ġrieħi Gravi Wara Li Ttajjar Minn Karozza Fil-Fgura
Raġel ta’ 82 sena mill-Fgura weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza.
L-aċċident seħħ ilbieraħ, għal xi s-sebgħa u kwart ta’ filgħaxija, fi Triq is-Sur, il-Fgura.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-vittma, intlaqat minn Jeep Renegade li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 29 sena residenti l-Fgura wkoll.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.