Ara: Id-Dehra Ġdida Li Se Jkollha L-Kolleġġjata Ta’ Marija Bambina Fin-Naxxar

 Ara: Id-Dehra Ġdida Li Se Jkollha L-Kolleġġjata Ta’ Marija Bambina Fin-Naxxar

Wara li diversi xhur ilu kien ġie ffirmat ftehim bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-Parroċċa tan-Naxxar sabiex il-Knisja Kolleġġjata Ta’ Marija Bambina tingħata dehra isbaħ b’installazzjoni ta’ dawl professjonali, dalgħodu l-Ministru Clayton Bartolo nieda l-imaġini ta’ kif se tkun qed tidher din il-Knisja hekk kif tkun mixgħula.

Dan huwa proġett li se jagħti dehra ġdida lill-pjazza tan-Naxxar kif ukoll se jkun qed joħloq valur għola lil binja maestuż ta’ din il-knisja.

Dan il-proġett se jkun qed jibda fil-ġimgħat li ġejjien hekk  kif ftit tal-jiem ilu għadu kif tlesta proġett maġġuri ieħor, fejn ġiet restawrata l-faċċata kollha ta’ din il-Knisja.

Il-Ministru Clayton Bartolo f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali ħabbar li dan il-proġett se jiġi jiswa €400,000.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com