Ara: Sajjetta Taqsam Siġra Fl-Awstralja – F’Malta Ċans Kbir Ta’ Maltemp Fi Tmiem Din Il-Ġimgħa

Sajjetta C-G (cloud to ground) taħraq u taqsam siġra kbira tal-awrikarja fi tnejn fl-Awstralja hekk kif il-Lvant u x-Xlokk tal-pajjiż intlaqat minn ħafna maltempati, xita u għargħar fil-jiem li għaddew.
Lokalment mistenni ritorn tant mixtieq tax-xita fi tmiem din il-ġimgħa li kulma jmur aktar qed jikber iċ-ċans li din tista’ tkun f’forma ta’ maltempata.
Temp aktar kiesaħ mill-medja mistenni li jibqa’ jippersisti minħabba antiċiklun b’saħħtu fil-Grigal tal-Ewropa.
Ritratt: Severe Weather Europe