Bastiment F’Diffikultà ‘L Barra Mill-Kosta Ta’ Baħar Iċ-Ċagħaq

Bastiment reġistrat fl-Istati Uniti jinsab f’diffikultà ‘l barra mill-kosta Maltija.
Jidher li kawża tal-maltemp u riħ qawwi t-tanker sab diffikultà biex jikkontrolla minħabba l-baħar qawwi. Huwa jinsab ibaħħar ‘il barra minn Baħar iċ-Ċagħaq.
F’messaġġ fuq il-mezzi soċjali l-Ministru Ian Borg qal li Transport Malta qed tassisti t-tanker ‘Chem P’, twil 209 metri, li jinsab f’riskju li jinkalja barra l-ixtut Maltin.
Huwa qal li l-vapur jidher li sab diffikultà biex jżomm il-pożizzjoni oriġinali barra t-territorju minħabba l-maltemp.
Żied jgħid li r-riskju ta’ tniġġis huwa baxx ħafna.
Il-Ministru Borg temm jirringrazzja lill-ħaddiema kollha li qed jaħdmu f’dan il-maltemp.