Bernard Grech B’Gidba Oħra Ta’ Politiku Ddisprat… Issa Dwar Il-Wage Supplement
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tant hu politikament iddisprat li issa qed jirrikorri għall-gideb mingħajr ebda limitu. Anke jekk jaf li mhu se jemmnu ħadd
Ilbieraħ qal li l-gvern irid lura l-flus tal-wage supplement. Gidba mill-bidu sal-aħħar.
Il-gvern investa iktar minn €700 miljun fin-negozji. Mhux talli dawk il-flus se jibqgħu kollha għand in-negozji, iżda jekk jingħata l-fiduċja, il-Partit Laburista għandu sensiela ta’ inċentivi ġodda biex in-negozji jikbru.
Il-gidba tal-lejla kienet ir-reazzjoni fjakka ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista li belgħulu proposta ta’ qtugħ ta’ taxxa li biex negozju jikkwalifika għaliha jrid joħroġ iktar milli jdaħħal.
Din kienet ir-reazzjoni fjakka ta’ Kap tal-Oppożizzjoni li quddiem ir-rappreżentanti tan-negozju deher li ma jafx fejn qiegħed u ftit li xejn kien jaf dwar xix qed jitkellem.
In-negozji jafu sew min kien u se jibqa’ magħhom. In-negozji jafu sew min hu kompetenti biex imexxi l-pajjiż.
Stqarrija mill-Partit Laburista.