Bil-Filmat: Bernard Grech Qal Li Ħallas It-Taxxa Qabel Daħal Fil-Politika – Il-PM Iwieġeb Li Dak Iċ-Ċertifikat Jingħata Lil Min Jinqabad Jevadi t-Taxxa

 Bil-Filmat: Bernard Grech Qal Li Ħallas It-Taxxa Qabel Daħal Fil-Politika – Il-PM Iwieġeb Li Dak Iċ-Ċertifikat Jingħata Lil Min Jinqabad Jevadi t-Taxxa

Meta mistoqsi minn studenti Universitarju fil-kors għad-Dottorat, dwar it-taxxa, il-Kap tal-Opożizzjoni Bernard Grech qal li meta qamet il-kwistjoni kien wieġeb. Dan waqt id-dibattitu fis-sala Sir Temi Zammit aktar kmieni llum fl-Università ta’ Malta.

Dr Bernard Grech qal li hu diġà spjega malli nħolqot il-kwistjoni tat-taxxa: “… Jiena li għamilt huwa, illi qabel, ħafna qabel ma dħalt fil-politika, jien kelli kollox settled  u għandi ċertifikat. Ħaddieħor dan iċ-ċertifikat qatt ma jista’ jkollu.”

Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru Robert Abela wieġeb: “Iċ-ċertifikat li qed isemmi Dr Grech huwa ċertifikat li jingħata lil kull min ikun inqabad jevadi t-taxxa. U allura, min ikun ħallas it-taxxa tiegħu, evidenti li ma jkollux”.

Intom x’taħsbu dwar dan?!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com