Bil-Filmat: Fenkata Minn Taħt Idejn Il-Ministru Silvio Schembri

 Bil-Filmat: Fenkata Minn Taħt Idejn Il-Ministru Silvio Schembri

Il-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri spiss narawh bit-tbissima fuq fommu. Irridu nfaħħruh għall-abbiltajiet tiegħu li flimkien mal-Prim Ministru Robert Abela u l-Gvern Malti, irnexxielhom iżommu l-ekonomija b’saħħitha anke waqt pandemija. Mhux talli hekk, talli anke rajna iżjed investiment ġej lejn pajjiżna.

Però f’dan il-filmat, il-Ministru Schembri ħa rwol differenti; dak ta’ kok. Bi tbissima qalb il-ħbieb, sajjar il-platt Malti; il-fenek, tant li kkummentawlu li issa jistgħu jgħidu li kielu ‘fenek ministerjali’

Schembri qal li fi tmiem il-ġimgħa jħobb iqatta’ l-ħin tiegħu mal-familja jsajjar u anke li dan il-mument jirrilassah.

Kemm huma ħelwin dawn il-mumenti li naraw l-aspetti differenti ta’ persuni pubbliċi fosthom il-politiċi. Forsi ma tafx kif, xi darba nieklu minn taħt idejk aħna wkoll.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com