Bil-Filmat: Figura Ta’ Putin Titneħħa Minn Mużew F’Pariġi Wara Li Ġiet Attakkata

 Bil-Filmat: Figura Ta’ Putin Titneħħa Minn Mużew F’Pariġi Wara Li Ġiet Attakkata

Il-Mużew Grèvin ta’ Pariġi neħħa l-figura tax-xemgħa ta’ Putin minn mal-kumplament tal-mexxeja tad-dinja wara li kien attakkat minn xi viżitaturi matul l-aħħar jiem.

Din il-figura saret fis-sena 2000 u hija l-ewwel waħda li qatt kellha titneħħa mil-mużew.

Qed ikun ikkunsidrat li ssir waħda tal-President Ukren, Volodymyr Zelenskyy flok.

“Għall-ewwel darba fl-istorja ta’ dan il-mużew se jkollna nneħħu figura minħabba avvenimenti storiċi li qed iseħħu bħalissa fid-dinja,” qal id-direttur tal-mużew Yves Delhommeau.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com