Bil-Filmat: Gaia Cauchi Toħroġ Kanzunetta F’Forma Ta’ Talba

llum, 2 ta’ Marzu, 2022, il-kantanta Gaia Cauchi ser tkun qed tniedi l-kanzunetta’ Taħt Ħarstek’; kanzunetta li ġiet miktuba forma ta’ talba.
Din il-kanzunetta nkitbet minn Keith Zammit fuq mużika ta’ Lawrence Grima, u ġġiegħelna nirriflettu fuq it-tbatija emozzjonali li għaddiet minnha Ommna Marija, meta rat lil Binha stess ibati u jxerred demmu sal-anqas qatra, biex jeħlisna minn dnubietna.