Bil-Filmat: Il-Mument Li Terremot Qawwi Għeżżeż Lill-Ġappun Matul Il-Lejl

Ilbieraħ filgħaxija ftit qabel nofs il-lejl terremot qawwi għeżżeż lill-Ġappun, li ħalla 4 persuni mejta u b’aktar minn 160 persuna midruba.
It-terremot li seħħ fir-Reġjun ta’ Tohoku kejjel 7.4 fuq l-iskala Richter, bl-aktar żoni li ntlaqtu mit-theżżiż huma Miyagi u Fukushima.
Madwar żewġ miljun dar spiċċaw mingħajr elettriku, b’ferrovija tispiċċa toħroġ mill-korsija tagħha.
It-terremot dam għal madwar żewġ minuti.
Il-Prim Ministru Fumio Kishida qal li l-Gvern qed jevalwa l-ħsarat kollha li seħħew bid-Dipartimenti tal-Emerġenza kollha jinsabu fiż-żoni l-aktar milquta.
Ara l-filmat: