Bil-Filmat: L-Aqwa Mumenti Minn Jum Il-Ħelsien Tal-31 Ta’ Marzu 1979

 Bil-Filmat: L-Aqwa Mumenti Minn Jum Il-Ħelsien Tal-31 Ta’ Marzu 1979

Kien fil-31 ta’ Marzu tal-1979 meta l-aħħar vapuri mill-flotta Ingliża telqu minn Malta darba għal dejjem, wara ftehim li kien sar mill-Perit Dom Mintoff mal-Gvern Ingliż.

llum infakkru l-43 Anniversarju ta’ Jum il-Ħelsien. Dakinhar, eluf ta’ Maltin sfidaw ir-riħ u l-maltemp li kien għaddej, sabiex jiċċelebraw din il-ġrajja. Hawnhekk il-bandiera Ingliża tniżżlet u floka ttajret il-bajda u l-ħamra, il-bandiera Maltija.

Dalgħodu quddiem il-monument tal-Ħelsien fil-Birgu se tkun qed issir ċerimonja uffiċjali fil-preżenza tal-President George Vella, il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech biex titfakkar din il-ġrajja.

Wara nofsinhar wara nuqqas ta’ sentejn se tkun qed isir ir-regatta tradizzjonali ta’ Jum il-Ħelsien.

Ara l-filmati:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com