Bil-Filmat: L-Arċisqof Jidher Irrabjat Xi Ftit Hekk Kif Kellu Jinżel Mill-Karozza Biex Jara Għalfejn It-Triq Kienet Magħluqa…

 Bil-Filmat: L-Arċisqof Jidher Irrabjat Xi Ftit Hekk Kif Kellu Jinżel Mill-Karozza Biex Jara Għalfejn It-Triq Kienet Magħluqa…
L-Arċisqof Charles Scicluna spiċċa kellu jinżel mill-karozza tiegħu biex jara għalfejn l-entratura prinċipali tal-Imdina kienet magħluqa u ma’ setgħux joħorġu bil-karozza.

Propju fil-filmat li qed idur fuq il-mezzi soċjali jidher li f’dan il-ħin it-triq kienet magħluqa minħabba li l-Ministru tal-Inklużjoni, Kwalità tal-Ħajja u Organizzazzjonijiet Volontarji Julia Farrugia Portelli kienet qed tagħmel konferenza stampa.

Jidher li l-Arċisqof kien xi ftit irrabjat għal dak li kien qed isir għaliex numru ta’ karozzi li riedu joħroġu ma’ setgħux.

Bl-intervent tiegħu l-karozzi tħallew jgħaddu mill-ġenb, bil-konferenza baqgħet għaddejja normali daqs li kieku ma’ ġara xejn.

X’taħseb? Kellu raġun l-Arċisqof?

Ara l-filmat:

@bobbybawbaw When you have a no nonsense Archbishop 👏 #malta #fy #fypシ #fyp #xyzbca #viral #viralvideo #maltatiktok #maltafunny #maltacomedy #malta🇲🇹 ♬ Unstoppable – Sia

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com