Bil-Filmat: L-Eks Deputat Nazzjonalista Mario Galea Jindirizza Konferenza Tal-Partit Laburista

 Bil-Filmat: L-Eks Deputat Nazzjonalista Mario Galea Jindirizza Konferenza Tal-Partit Laburista

L-eks Deputat Nazzjonalista Mario Galea li ma tantx spiċċa fuq termini tajba mal-Partit Nazzjonalista bħalissa qed jindirizza attività tal-Partit Laburista.

Tenna li dan qed jagħmlu biex iqajjem iżjed kuxjenza dwar is-saħħa mentali fejn hu stess għadda minnha.

Galea kien qal li l-PN għamillu ħajtu nfern’. Waqt l-attività, Mario Galea qal li għad hawn skiet itarrax fil-qasam tas-saħħa mentali u hu lest li jagħti s-sehem tiegħu biex din il-wegħda sseħħ.

Hawnhekk indirizza lil Dr Lydia Abela; mart il-Prim Ministru. Din l-attività qed issir favur is-saħħa, dik mentali u dik tal-benesseri.

Galea kien fost erba’ persuni li rtiraw il-kandidatura Nazzjonalista fl-ewwel mumenti tal-kampanja elettorali. Miegħu kien hemm ukoll Kristy Debono, Clyde Puli, u Claudio Grech.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com