Bil-Filmat: Tmien Persuni Spiċċaw L-Isptar Wara Aċċident Tat-Traffiku Ikrah Fil-Marsa

 Bil-Filmat: Tmien Persuni Spiċċaw L-Isptar Wara Aċċident Tat-Traffiku Ikrah Fil-Marsa

Tmien persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara ħabta bejn trailer li kien qed iġorr numru ta’ partitarji tal-Partit Laburista u żewġ karozzi.

L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tas-2pm, fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħet ħabta bejn trailer tal-għamla DAF misjuq minn raġel ta’ 33 sena minn Ħaż-Żebbuġ, Honda Fit misjuqa minn raġel ta’ 34 sena minn Ħaż-Żabbar u Suzuki Swift misjuqa minn mara ta’ 24 sena minn Ħaż-Żabbar.

B’konsegwenza tal-impatt, tmien persuni – seba’ nisa, li l-età tagħhom tvarja bejn l-20 u t-32 sena, u raġel ta’ 24 sena – weġġgħu u ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura meħtieġa.

Aktar tard, mara ta’ 28 sena ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi filwaqt li l-oħrajn ġew iċċertifikati bi ġrieħi ħfief.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ara l-filmat:

@lovinmaltaofficial The incident happened at 2pm on Triq Aldo Moro 📹 H. Agius Markham #fyp #fypmalta #malta #lovinmalta #labour #victory #carcade #truck #news #happeningnow #marsa ♬ original sound – Lovin Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com