B’Risposta Għall-Azzjoni Industrijali Mħabbra Mill-UĦM Rigward L-Uffiċċju Tal-Avukat Ġenerali
L-azzjoni industrijali mill-UĦM fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali huma barra minn lokhom għal numru ta’ raġunijiet. Il-Union taf għax huwa tagħrif pubbliku, li waqt kampanja elettorali ma jsirux negozjati ta’ ftehim kollettivi. Unions oħra saħansitra neħħew azzjonijiet li kellhom fis-seħħ f’dan il-perjodu.
L-azzjonijiet industrijali tal-UĦM jistunaw iktar meta l-andament tan-negozjati għall-ftehim kollettiv fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kienu qabdu ritmu pożittiv. Il-UĦM iżda xorta rat kif tordna azzjonijiet industrijali b’seħħ mill-bieraħ it-Tlieta.
Bħalma ġara fl-2017, malli ħareg ir-writ għall-Elezzjoni Ġenerali fis-26 ta’ Marzu 2022, ħafna proċessi fis-settur pubbliku jieqfu biex jitkomplew malli tgħaddi l-elezzjoni generali. In-negozjati għal ftehim kollettiv jieqfu lkoll. L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ra l-akbar allokazzjoni baġitjarja tul dawn l-aħħar snin, liema ammont kien jammonta għal żieda notevoli ta’ 78% fl-allokazzjoni tal-operat fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, meta mqabbel mas-sena preċedenti, dan sabiex jiġi assigurat li dan l-Uffiċċju huwa mgħammar b’riżorsi adattati sabiex jindirizza l-ammont ta’ xogħol li għandu l-Uffiċċju li qiegħed dejjem jiżdied.
Ritratt: mediacoop.ltd